lukanda propaganda

Issa tista 'tixtri l-album minn
Book Distributors Limited San Gwann
D'Amato 98/99 St John Street Valletta,
Cd Baby, iTunes, Amazon, Google Music Store,
24-7, GreatIndieMusic, Shazam,
Sound exchange u Tradebit

ABOUT

Il-pjanista u kompożitur Kris Spiteri ngħaqad mal-perkussjonista u kantant Daniel Cauchi f'dan il-proġett biex jirrekordjaw l-album tagħhom Lukanda Propaganda. Il-pjattaforma hija adult contemporary (mużika kontemporanja għall-adulti) u l-kanzunetti, miktuba minn Spiteri, huma msejsa fuq il-lirika.

L-album hu xi ftit jew wisq influwenzat minn sitwazzjonijiet soċjali u kulturali Maltin daqskemm mix-xena internazzjonali. Barra minn dan, fih ukoll kanzunetti li jirriflettu xi ċirkostanzi personali u interpersonali.

Il-ktejjeb tal-album iddisinjah Steve Bonello, li b’reqqa kbira fassal disinji li jiddeskrivu kull kanzunetta.

Dan il-proġett kellu wkoll ix-xorti li jsir b'kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kemm fl-irrekordjar tal-album u kemm fit-tnedija tiegħu. Din l-impriża kienet sponsorjata mill-Malta Arts Fund.

INFORMAZZJONI DWAR L-ALBUM:
Kliem u Mużika: Kris Spiteri
Arranġamenti: Daniel Cauchi, Peter Borg, Kris Spiteri
Arranġamenti orkestrali: Aurelio Belli
Ġie rrekordjat: Railway Studios (MT)
Produttur u inġinier: Peter Borg
Mixing u Mastering: Howard Keith, Jagged House Studios
Tpinġijiet: Steve Bonello
Disinn: Robert Spiteri
Duplikazzjoni u stampar: Reciprocal Records
Qari tal-provi: Michael Spagnol

MUŻIĊISTI FL-ALBUM:
Daniel Cauchi, Kris Spiteri, Peter Borg, Marcelline Agius , Nadia Debono, Akos Kertész , Alex Bezzina, Aurellio Belli , Jesmond Azzopardi, Marco Cola, Ivan Borg, Eric Wadge, Oliver Degabriele, Robert Spiteri, Alex Debono, Fabrizio Giorgio, Matthew James Borg, Yuri Charyguine.